Lokali

Muscat, it-Torok u l-Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Malti Joseph Muscat qed jipproponi li jkun hemm kapitli ġodda għan-negozjati mat-Turkija biex dan il-pajjiż, li sa ftit ilu għadda minn attentat ta’ kolp ta’ stat, jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.

Dan ir-rapport kien ippublikat f’artiklu fis-sit elettorniku Politico fejn irraporta diskors tal-Prim Ministru Malti fi Brussell. Bħalissa l-Prim Ministru Malti mhux biss qed jirrappreżenta lil pajjiżna imma wkoll lill-Unjoni Ewropea minħabba l-Presidenza li pajjiżna għandu tal-Kunsill Ewropew.

It-Turkija kienet għal diversi xhur ukoll fl-aħbarijiet minħabba il-mod kif kienet qed tarresta ġurnalisti u persuni li kienu kontra l-Gvern ta’ Erdogan.

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza kif l-użu tal-bitcoin.