Lokali

Raġel jinqabad bejn karozza u ħajt f’Ħal Qormi

Raġel minn Ħal Qormi weġġa gravi wara li nqabad bejn ħajt u karozza fi Triq l-Imdina f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar. Fil-post kien hemm ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku u Pulizija li taw l-ewwel għajnuna.

Minn investigazzjonijiet preliminari li saru fuq il-post, irriżulta li raġel ta’ 60 sena, residenti Ħal Qormi, ġie milqut minn vettura BMW 320 misjuqa min raġel ta’ 22 sena residenti l-Fgura. Mal-ewwel fuq il-post waslet ambulanza li ħadet lir-raġel l-istpar Mater Dei sabiex jingħata l-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Minħabba l-inċident Triq l-Imdina ingħalqet għat-traffiku bil-konsegwenza li nħolqot konġestjoni kbira ta’ traffiku. Nappellaw lis-sewwieqa biex għalissa isibu rotot alternattivi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Farruġia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija  għadhom għaddejjin.