Kultura Lokali

Simon Busuttil jiltaqa’ mal-voluntiera li jaħdmu fil-Karnival

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, flimkien mal-Viċi Kap Mario De Marco, iżuru bosta voluntiera waqt il-ħidma impenjattiva tagħhom f'dan iż-żmien tal-Karnival.

Mijiet ta’ persuni involuti, bħalissa jkunu għaddejin b’ħidma bil-lejl u bi nhar, waqt l-aħħar preparazzjonijiet għall-Karnival. Fejn ta’ kuljum jinżlu fl-imħażen jaħdmu bl-aħħar irtokki qabel jinżlu fit-toroq u jimlew it-toroq bil-brijju li jġibu dawn iż-żminijiet.

Fl-aħħar jiem, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, flimkien mal-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Mario De Marco, marru jżuru bosta minn dawn il-imħażen u kumpaniji tal-Karnival li jkunu qegħdin jaħdmu fuq il-karrijiet, il-kostumi u ż-żfin tal-Karnival.

Din iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’dawn il-jiem ta’ preparamenti ġiet milquha b’entużjażmu – fejn dawn in-nies iddedikati ħadu l-okkażżjoni biex jitkellmu u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista.

Din iż-żjara tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil flimkien mal-Viċi Kap Mario De Marco tkompli turi r-rieda tal-Partit Nazzjonalista favur politika li tkompli tippromwovi l-kultura Maltija.

Illejla jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tradizzjonali ta’ kull sena tal-Karnival fejn il-ħidma ta’ sena sħiħa ta’ dawn in-nies tibda titgawda mill-pubbliku. Il-ftuħ tal-Karnival jibda bil-Qarċilla fil-Forti Sant Anġlu l-Birgu.