Raġel Sqalli kien ikkundannat sitt snin u nofs priġunerija wara li kien arrestat b’1.5 kg droga kannabis.
Damiano Calisti ta’ 29 sena kien inqabad bid-droga lura fl-2012. Waqt il-kumpilazzjoni f’Diċembru li għadda, Calisti wieġeb ħati għall-akkużi ta’ konfoffa sabiex jittraffika d-droga, bejgħ u pusses ta’ droga kannabis u dan f’zona ta’ 100 metru minn skola jew stabbiliment iffrekwentat miż-żagħżagħ.
Calisti kien ikkundannat għal 8 xhur oħra ħabs dwar traffikar ta’ kannabis fl-2014 waqt li kien fil-liberta’ proviżorja.
Il-Qorti, preseduta mill-Imħallef Edwina Grima, naqqset il-piena b’żewġ gradi wara li ammetta fi stadju bikri u kkollabora mal-Pulizija. Minbarra s-sentenza tal-ħabs, il-Qorti mmultatu €18,000 u ordnat il-konfiska tal-assi tiegħu.
//= $special ?>