Internazzjonali

Żvelat il-mudell il-ġdid tan-Nokia 3310 – Fl-aħħar tax-xahar se joħroġ għall-bejgħ

Il-kumpannija HMD Global li għandha f’idejha d-ditta Nokia, ħabbret li se terġa toħroġ il-mudell 3310.

Dan il-mowbajl magħruf bħala l-mowbajl li diffiċili jinkiser u għall-batterija li kienet isservi sew. Dan il-mowbajl tista’ tgħid li għadu fuq fomm in-nies minkejja s-snin li ilu nieqes fis-suq. Ħafna infatti jgħidu li dan huwa wieħed mill-aqwa mowbajls li qatt kien hemm fis-suq u kien dan il-ħsieb li qajjem l-insteress biex il-kumpannija HMD Global tibda tbiegħ dan il-mudell.

Waqt il-Kungress Dinji tal-Mowbajls li se jintroduċu verżjoni ġdida tal-mudell klassiku tan-Nokia 3310.

In-Nokia 3310 se jibda jinbiegħ mill-aħħar tax-xahar għall-prezz ta’ €59.

Dan il-mudell se jkun qed jopera sistema tat-tip Android u se joħroġ għal bejgħ fis-swieq internazzjonali fis-26 ta’ Frar.