Lokali

Dalwaqt tista’ tagħmel ‘X’ bħala ġeneru fuq il-karta tal-identità u l-passaport

Passaport Malti
Identity Malta kellha tagħmel t-tibdiliet neċessarji fis-sistemi interni tagħha sabiex tkun tista’ żżid l-għażla ta’ ‘X’ fuq id-dokumenti maħruġa minnha.

Ftit tal-ġimgħat oħra persuni li ma jidentifikawx ruhom taħt mal-ġeneru maskili jew feminili se jkollhom l-għażla li fuq il-karta tal-identità u l-passaport tagħhom iniżżlu ‘X’ bħala l-ġeneru tagħhom.

Din l-aħbar intlaqgħet tajjeb ħafna mill-komunità LGBTQI wara li fl-2015 kien ġie approvat fil-Parlament l-Att Dwar l-Identita tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess. Sa minn dak iż-żmien Identity Malta kellha tagħmel t-tibdiliet neċessarji fis-sistemi interni tagħha sabiex tkun tista’ żżid l-għażla ta’ ‘X’ fuq id-dokumenti maħruġa minnha.