Futbol Sport

FILMAT: 60 sena mill-ewwel partita ta’ Malta fil-futbol – Illejla programm speċjali fid-9pm fuq Net Television

Bħall-lum 60 sena t-tim nazzjonali Malti tal-futbol lagħab l-ewwel partita internazzjonali u uffiċjali, rikkonoxxuta mill-FIFA kontra l-Awstrija. Kien preċizament fl-24 ta’ Frar tal-1957, li fl-iStadium tal-Gżira, Malta, dak in-nhar taħt it-tmexxija ta’ Joe Griffits bħala kowċ nazzjonali li lagħab kontra l-Awstrija, wieħed mill-aktar timijiet nazzjonali b’saħħithom fl-Ewropa f”dak iż-żmien.

Fl-okkazzjoni ta’ din il-partita u anniversarju, Net Television permezz tal-programm popolari, Replay Preview se jkun qed ixxandar servizz speċjali dwar din il-partita memorabbli b’rakkonti ta’ uħud mill-protagonisti li għadhom ħajjin sal-lum il-ġurnata. Il-programm se jixxandar illejla, fid-9pm fuq Net Television u se jkun hemm ir-rakkonti tal-eks plejers Victor Scerri u Joe Cini.

Intant kmieni llum wara nofs in-nhar, l-MFA organizzat attivitá speċjali fejn fakkret l-anniversarju ta’ din il-famuża partita u stidnet dawk kollha li għadhom ħajjin sal-lum u għandhom rabta ma’ din il-partita. Net News, permezz tal-ġurnalist Christian Micallef tkellem ma’ uħud minn dawn: