“A Commentary on the Constitution of Malta” hu pubblikazzjoni b’ammont dettaljat ta’ informazzjoni legali, storika u anke politika.
L-awtur hu l-eks Kummissarju Ewropew Tonio Borg li spjega kif fil-ktieb irnexxielu jagħmel analiżi tal-iżvilupp Kostituzzjonali u ta’ kull artiklu tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Kopja ta’ dan il-ktieb ġiet ippreżentata lill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt laqgħa li saret fl-Uffiċċju tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Parlament. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil faħħar il-preżentazzjoni u l-kontribut legali, storiku u politiku li qed jagħti Tonio Borg permezz ta’ dan il-ktieb ġdid. Tonio Borg qal wkoll li bħalissa qed jaħdem fuq il-publikazzjoni ta’ ktieb ieħor.
Dan hu t-tielet ktieb ta’ Tonio Borg. L-ewwel ktieb pubblikat b’2014 hu ‘Nidħqu Bina Nfusna, Politika bi Tbissima’. ‘Hekk Nafhom Jien’ hu t-tieni ktieb fejn Tonio Borg jikteb dwar 60 persuna differenti li b’xi mod jew ieħor influwenzawh f’ħajtu bit-tielet ktieb hu dwar il-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
//= $special ?>