Aktar kmieni llum, l-MFA fakkret is-60 sena anniversarju b’attività differenti għal uħud mill-plejers li lagħbu proprju fl-ewwel partita. Il-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo, il-Viċi President Matthew Paris, is-Segretarju Ġenerali Angelo Chetcuti u d-Direttur tal-Komunikazzjoni Kevin Azzopardi mexxew din l-attività fejn il-plejers ta’ dak iż-żmien Victor Scerri, Joe Cilia, Joe Cini, Tony Cauchi u Lolly Borg flimkien mal-fotografu Frankie Attard kollha ngħataw tifkira mill-President tal-MFA.
Il-logħba kienet intrebħet 3-2 mill-Awstrija fejn wara li kienu marru 3-0 minn fuq, it-tim Malti kien skurja żewġ gowls lejn it-tmiem minn Tony Cauchi u Sammy Nicholl, fost il-ferħ kbir tal-partitarji preżenti Maltin.
Replay Preview b’dokumentarju tal-partita
B’rabta ma’ din il-partita, illejla fid-9.00pm fuq Net Television, il-programm sportiv Replay Preview se jkun qed ixandar dokumentarju b’rabta mal-partita Malta v Awstrija fejn jagħti ħarsa lejn dak li seħħ fil-partita b’intervisti ma’ Joe Cini u Victor Scerri li kienu żewġ plejers fost it-tim li lagħab dakinhar.
//= $special ?>