Il-fażi tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa offriet is-sorpriżi hekk kif fost it-timijiet eliminati, spikkaw dawk ta’ Fiorentina u Tottenham.
L-eliminazzjoni ta’ Fiorentina hi sorpriża għaliex wara li rebħu l-ewwel leg 1-0, kienu jinsabu 2-0 minn fuq, iżda penalty qabel tmiem l-ewwel taqsima u tlieta fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima dawru l-iskor.
Tottenham tilfu l-ewwel leg 1-0, iżda darbtejn kienu marru fil-vantaġġ b’Genk iwieġbu għaż-żewġ gowls f’partita li tkeċċa Dele Alli fl-40 minuta.
Fost il-partiti l-oħra, spikkat il-kwalifikazzjoni tat-tim Ċiprijott APOEL fuq l-Ispanjoli ta’ Bilbao.
Riżultati
1 Leg 2 Leg Agg
Ilbieraħ
Fenerbahce v Krasnodar 0-1 1-1 1-2
Saint-Etienne v Man United 0-3 0-1 0-4
Schalke v PAOK 1-1 3-0 4-1
Illum
Osmanlispor v Olympiacos 0-0 0-3 0-3
APOEL v A. Bilbao 2-3 2-0 4-3
Ajax v L. Varsavja 0-0 1-0 1-0
Besiktas v H. Beer Sheva 3-1 2-1 5-2
Roma v Villarreal 4-0 0-1 4-1
Zenit v Anderlecht 0-2 3-1 3-3
FC Copenhagen v Ludogorets 2-1 0-0 2-1
Fiorentina v B. M’gladbach 1-0 2-4 3-4
Genk v A. Giurgiu 2-2 1-0 3-2
Lyon v AZ Alkmaar 4-1 7-1 11-2
S. Donetsk v C. Vigo 1-0 0-2 (ħin barrani) 1-2
S. Prague v FC Rostov 0-4 1-1 1-5
Tottenham v Gent 0-1 2-2 2-3
//= $special ?>