Bejn Jannar tal-2015 u Jannar ta’ din is-sena, mietu 807 anzjani li kienu residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Minn dawn 321 kienu rġiel filwaqt li 486 kienu nisa.
Dawn in-numri ħarġu minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Apparti minn hekk, l-informazzjoni ppreżentata mill-Ministru Michael Farrugia turi wkoll li f’Jannar ta’ din is-sena mietu b’kollox 43 anzjan li kienu fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule.
//= $special ?>