Lokali Parlament

Fl-aħħar sentejn imutu 807 anzjani residenti f’San Vinċenz de Paule

Ritratt mill-arkivji
F’Jannar ta’ din is-sena mietu b'kollox 43 anzjan li kienu fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule.

Bejn Jannar tal-2015 u Jannar ta’ din is-sena, mietu 807 anzjani li kienu residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Minn dawn 321 kienu rġiel filwaqt li 486 kienu nisa.

Dawn in-numri ħarġu minn tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.

Apparti minn hekk, l-informazzjoni ppreżentata mill-Ministru Michael Farrugia turi wkoll li f’Jannar ta’ din is-sena mietu b’kollox 43 anzjan li kienu fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule.