Kim Jong-nam, ħu l-President tal-Korea ta’ Fuq komunista, spiċċa maqtul minn element tossiku mill-aktar qawwi li tpoġġa minn żewġ nisa, xi jiem ilu, fis-sala taċ-check-in tal-ajruport internazzjonali ta’ Kuala Lumpur.
Dan qaluh l-awtoritajiet fil-Malasja, meta rapporti tossikoloġiċi minn dan il-pajjiż jindikaw li Kim Jong-nam kien inqatel bil-VX nerve agent u li fil-fatt, hu klassifikat bħala arma għall-qerda tal-massa min-Nazzjonijiet Uniti.
Intant, ma naqsitx l-ispekulazzjoni li l-Korea ta’ Fuq kienet responsabbli għall-attakk, bir-reġim ta’ Pyongyang immexxi mill-President komunista, Kim Jong-un, jiċħad bil-qawwi għar-responsabbiltà. Ir-reġim komunista anki rreaġġixxa bir-rabja għall-insistenza tal-Malasja li ssir awtopsja fuq il-katavru ta’ ħu Kim Jong-un, filwaqt li akkuża lill-awtoritajiet fi Kuala Lumpur ‘dwar għan malinn’.
Il-Korea ta’m Fuq hu mifħum li għandha t-tielet l-akbar ħażna ta’ armi kimiċi fid-dinja.