Internazzjonali Kurżitajiet

Il-Karnival ta’ Kologne

F’Kologne fil-Ġermanja qed isir dak li hu magħruf hemmhekk bħala l-Ħames Staġun tas-sena, il-Karnival, tant hu importanti għan-nies tal-lokal. Din is-sena l-awtoritajiet fil-Ġermanja qed jipprojbixxu li trakkijiet kbar jidħlu fiċ-ċentru ta’ Kologne u bliet oħra fejn se jkun hemm ċelebrazzjonijiet kbar għall-Karnival. Dan minħabba l-attakki li kien hemm fiċ-ċelebrazzjoni tal-14 ta’ Lulju f’Nizza u wara f’Berlin waqt il-Milied. Apparti minn hekk f’Kologne se jkun hemm pulizija armati, għalkemm l-awtoritajiet qalu li ma kellhom ebda ħjiel li qed jinħema xi attentat.