Il-qawwiet tal-Gvern Iraqi daħlu f’zona residenzjali lejn il-Punent ta’ Mosul għall-ewwel darba mindu bdew l-offensiva biex jaħtfu lura dan il-kwartier minn idejn it-terroristi tal-ISIS. L-aħħar suċċess militari jsegwi dak tal-Ħamis fejn it-truppi tal-Iraq ħadu kontroll fl-ajruport ta’ Mosul, li qabel kien miżmum mit-terroristi.
Issa, l-Armata tal-Iraq qed tiġġieled f’teatru ta’ gwerra għal kollox differenti minn ta ġimgħat qabel. Dan meta l-kumbattimenti, issa, avvanzaw minn territorju qalb id-deżert lejn belt iffullata, fejn il-ġlied mal-ISIS mistenni jkun partikularment feroċi u diffiċli.
Fil-fatt, l-osservaturi qalu li ‘issa qed tibda l-veru ġlieda għal-liberazzjoni ta’ Mosul’, bil-battalji se jikkonċentraw fuq toroq u zoni ta’ popolazzjoni mdaqqsin, li jinkludu anki setturi magħrufin għas-sostenn lill-ISIS.
Qabel l-aħħar fażi tal-offensiva mill-art, l-ajruplani tal-gwerra Iraqqin kienu bbumbardjaw lill-ISIS fil-Punent ta’ Mosul, It-terroristi, fil-preżent, qegħdin jiddefendu lokalitajiet fil-Punent ta’ Mosul wara li kienu tkeċċew mil-Lvant tal-belt, matul ix-xahar li għadda.
//= $special ?>