“Kieku ma kontx hemm jien fil-ħin u l-mument it-tajjeb ir-raġel seta miet” dan qalitu Maria Cuschieri, il-persuna li lbieraħ għenet sabiex jinħareġ l-anzjan ta’ 60 sena li nqabad bejn karozza u ħajt f’inċident f’Ħal Qormi.
Waqt intervista fuq il-programm Net Live, din il-persuna rrakuntat kif kienet qed issuq lura lejn id-dar wara ġurnata l-iskola u fid-daqqa u l-ħin semgħet ħoss qawwi u rat daħna fil-karreġjata l-oħra, ħarġet mill-karozza u tat l-ewwel għajnuna. Minkejja li sostniet li kesħet meta ndunat x’ġara u meta rat l-anzjan mimli demm. Hi qalet li kienet taf x’tista’ tagħmel peress li ilha għal dawn l-aħħar erba’ snin titħarreġ dwar is-saħħa.
Fortunatament, ir-raġel inħareġ ħaj imma għadu jinsab f’kundizzjoni stabbli iżda għadu rikoverat fit-taqsima intensiva tal-isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs tal-bieraħ waranofsinhar f’Ħal Qormi.
//= $special ?>