Internazzjonali

Ipprojbit l-ivvjaġġar mil-Lvant tal-Libja

L-awtoritajiet fil-Lvant tal-Libja qed jipprojbixxu l-irġiel u n-nisa bejn it-18 u l-45 sena milli jivvjaġġaw barra mingħajr permess partikulari.
Uffiċjal għoli militari tar-reġjun, Abdelrazzak Al-Naduri, qal li l-iskop wara dan il-pass kien biex jevita li n-nies jissieħbu mal-gruppi terroristi’il hinn mil-Libja.
Dan il-pajjiż, fil-preżent, għandu amministrazzjonijiet rivali fil-Lvant u l-Punent, meta ħafna mil-Libja hi, effettivament, ikkontrollata mill-milizji.
Il-Libjani fi bnadi oħra tal-pajjiż mhumiex mistennija jkunu affettwati mill-projbizzjoni ġdida għaliex iż-żewġ entitajiet ta’ poter rispettivi fil-Libja ma jirrikonoxxux l-awtorità ta’ xulxin.