Ewropa Internazzjonali

Ir-Renju Unit: Investigat l-infiq waqt ir-referendum li wassal għall-Brexit

Il-Vot dwar il-Brexit - Mill-Arkivji

Qed ikun investigat l-infiq ‘ta’ miljuni’ waqt il-kampanji rivali rispettivi favur ( Stronger In) u kontra (Leave) l-isħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-kampanji fetħu s-siparju u kienu l-bażi għar-referendum storiku ta’ Ġunju li għadda fejn il-Britanniċi, fl-aħħarnett, ivvutaw favur il-Brexit.

Il-Kummissjoni Elettorali ħabbret din l-investigazzjoni wara li ntefqu total ta’ aktar minn 32 miljun lira Sterlina fuq il-kampanji — bis-sostenituri tal-Leave ikunu finanzjati minn donazzjonijiet ekwivalenti għal 16.4 miljun lira Sterlina, waqt li r-Remain ibbaża fuq fond ta’ 15.1 miljun lira Sterlina.

L-infiq inkwistjoni juri li l-Battalja tal-Brexit kienet l-aktar referendum li sewa flus fl-istorja politika tar-Renju Unit.

Intant, l-osservaturi qalu li l-invoices u l-irċevuti sottomessi min-nies mal-kampanji rivali dehru ‘inkonklussivi’ u l-analisti, fil-preżent, qed ifittxu aktar dettalji b’relazzjoni ma’ ċerti pagamenti li saru. Fl-istess ħin, għadu kmieni wisq biex wieħed jgħid jekk sarux ‘l-abbużi’ jew le waqt il-kampanji tar-referendum.