Wara li ġimagħtejn ilu ajruplan tal-Air Malta nltaqat b’sajjetta, l-Air Malta qed tħabbar li qed isir ħidma kollettiva sabiex kollox jinżamm skont l-iskeda tat-titjiriet. Għalhekk, l-Air Malta ħabbret li se tkun qed topera permezz ta’ ajruplan wet leased minn kumpanija speċjalizzata tal-avjazzjoni, SmartLynx.
Fi stqarrija, l-Air Malta qalet li l-impenn tagħha hu li tkompli tpoġġi lill-klijenti tagħha l-ewwel u li se tkompli taħdem biex tnaqqas l-inkonvenjenza għall-passiġġieri tagħha. Żiedet tgħid li huwa għalhekk li l-kumpanija se tkun qed tuża ajruplan wet leased sabiex tkun tista’ topera xi titjiriet individwali. L-użu ta’ dan l-ajruplan huwa komuni ħafna fl-industrija tal-avjazzjoni fl-eventwalita ta’ manutenzjoni mhux mistennija fuq ajruplani oħra tal-linja tal-ajru.
Mill-banda l-oħra, l-ajruplan tal-Air Malta li ntlaqat b’sajjetta mistenni jkun lest imsewwi sa tmiem il-ġimgħa d-dieħla.
//= $special ?>