Lokali Parlament Saħħa

Medja ta’ 121,465 persuna tmur l-emerġenza tal-isptar kull sena

Minn dawn medja ta’ 17,078 persuna fis-sena kienu persuni ta’ nazzjonalità barranija.

Fl-aħħar ħames snin, bejn l-2012 u l-2016,  medja ta’ 121,465 persuna kull sena marru l-emerġenza tal-isptar Mater Dei. Minn dawn medja ta’ 17,078 persuna fis-sena kienu persuni ta’ nazzjonalità barranija.

Din l-informazzjoni ħarġet minn tweġiba tal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għall-mistoqsija parlamentari tax-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said.