Aħbar tajba għal Mosta li ngħataw rebħa ta’ 3-0 wara li l-Bord tal-Protesti tal-MFA laqa’ l-protest li l-klabb Mosti għamel wara r-riżultat tal-partita kontra Pembroke Athleta li ntlagħbet fil-11 ta’ Frar. Dakinhar Pembroke Athleta kienu rebħu l-konfront 5-0.
Il-protest ta’ Mosta kien ibbażat fuq allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni wara arresti li saru mill-Pulizija, ftit sigħat wara l-partita fejn fosthom tressaq il-qorti it-team manager ta’ Pembroke Uchenna Anyanwu.
B’hekk Mosta, li jilagħbu llejla kontra Balzan qabżu lil Pembroke fil-klassifika u jinsabu b’16-il punt, filwaqt li Pembroke Athleta issa jinsabu fl-aħħar post b’14-il punt.
//= $special ?>