Lokali Qorti

Multa ta’ €5,000 għal gwardjan tal-ħabs minħabba kumment fuq Facebook

Dan ma kienx l-ewwel każ tal-akkużat. Filfatt, Debono kien inqabad jisraq meta kien jaħdem bħala membru tal-Pulizija.

Vincent Debono ta’ 64 sena u li hu gwardjan tal-ħabs ġie ordnat iħallas multa ta’ €5,000 wara li kiteb kumment dispreġjattiv fuq Facebook.

Il-każ ta’ Debono jmur lura għal Mejju tas-sena l-oħra meta kiteb “I hope its burning with them inside” wara li ħarġet l-aħbar li mietu xi refuġjati fl-Iżvezja. Għalkemm hu nstab ħati ta’ użu ħażin tal-mezzi soċjali, hu ma nstabx ħati li pprova jinstiga kummenti razzisti.

Minkejja li Debono appella din is-sentenza u argumenta li l-multa ta’ €5,000 hi kbira, il-Qorti tal-Appell qalet li peress li x-xogħol ta’ Debono hu dak ta’ gwardjan tal-ħabs, fuq xogħlu hu jiltaqa’ u jagħmila ma’ nies ta’ razzez u kulur differenti. Il-Qorti qalet li permezz tal-kumment tiegħu hu offenda lil dawn l-istess persuni. Il-Qorti qalet ukoll li dan ma kienx l-ewwel każ tal-akkużat. Filfatt, Debono kien inqabad jisraq meta kien jaħdem bħala membru tal-Pulizija.