Raġel li hu taħt l-effett tad-droga u li qed jiskonta sentenza ta’ ħabs għal numru ta’ serqiet reġa’ tressaq il-qorti fejn ammetta akkużi ġodda ta’ serq aggravat flimkien ma’ raġel ieħor li kien kompliċi.
Alan Grima ta’ 34 sena mill-Kalkara kien akkużat li kisser karrozza ipparkjata fil-Floriana fit-12 ta’ Frar 2017. L-akkużat kien assistit mil-Libjan ta’ 25 sena Mohammed Hamur li joqgħod il-Belt u seraq €30 fi flus mill-karozza waqt li kkaġunalaha ħsara.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, iż-żewġ akkużati ammettew l-akkużi kontriehom ta’ serq u kompliċità. Il-Qorti kkundannat lil Alan Grima għal sentenza ġdida ta’ 16-il xahar waqt li estendiet il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża fuq Jamur għal serba’ snin.
L-Ispettur Jeffrey Scicluna mexxa l-Prosekuzzjoni waqt li l-Avukat Victor Bugeja deher għal Mohammed Hamur. L-Avukat Martin Fenech deher bħala assistenza legali għal Alan Grima.
//= $special ?>