Hekk kif “wasal iż-żmien mistenni minn kullħadd” ħafna ddeċidew li jqattgħu ftit jiem Għawdex sabiex jipparteċipaw fil-karnival popolari tan-Nadur.
Għalkemm il-karnival tan-Nadur ta’ din is-sena jista’ jkun l-ewwel esperjenza għal xi wħud, għexieren oħra ta’ nies jitilgħu Għawdex ta’ kull sena biex jiċċelebraw dawn il-jiem ta’ bluha. Filfatt minn kmieni dalgħodu bosta persuni ħasbulu kmieni u qabdu t-triq lejn ċ-Ċirkewwa bit-tama li ma jdumux jistennew wisq fil-kju għall-Gozo Channel.
Mir-ritratti wieħed jista’ jinnota li għalkemm għadu kmieni, il-kju fit-terminal taċ-Ċirkewwa għadu ma waqafx. Il-kju mistenni jiżdied iktar tard matul il-ġurnata hekk kif in-nies tispiċċa mix-xogħol u t-tfal jispiċċaw mill-iskola.
//= $special ?>