Lokali

SENA WARA: Skandlu li għadu mimli intriċċi

Kollox beda mill-blog ta' Daphne Caruana Galizia u sploda bid-data li kixef il-Konsorzju tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ)

It-22 ta’ Frar li għadda mmarka s-sena minn meta faqqa l-iskandlu tal-Panama f’pajjiżna – xahrejn qabel il-Panama Papers splodew fuq livell internazzjonali.

F’dan id-dokumentarju mifrux fuq żewġ partijiet, il-programm NET LIVE jagħti ħarsa lejn kif żviluppaw l-intriċċi kollha marbuta ma’ dan l-iskandlu, il-korrispondenza li għaddiet bl-email bejn Nexia BT u Mossack Fonseca, kif ukoll in-nuqqas ta’ azzjoni minn naħa tal-Prim Ministru Joseph Muscat illi żamm miegħu kemm lil Keith Schembri kif ukoll lil Konrad Mizzi.

Il-produzzjoni tkopri minn Jannar 2013 sa Frar 2017.