Uffiċjal tas-sigurtà inkarigat bil-protezzjoni tal-politiku kontroversjali Olandiż, Geert Wilders (ritratt), spiċċa arrestat fuq suspett li ‘żvela’ l-lokalità ta’ Wilders lill-membri ta’ grupp ta’ kriminali Marokkini.
Wilders hu anti-Iżlamiku ferventi u fl-aħħar jiem hu għadda xi insulti ħorox speċifiċi ‘fil-konfront tal-Marokkini’. Sadanittant, il-Pulizija Olandiża qalet li l-uffiċjal arrestat hu ta’ nisel Marokkin ‘iżda ma kienx gwardjan personali ta’ Geert Wilders’.
L-istħarriġ jissuġġerixxi li l-Partit għall-Ħelsien populista ta’ Wilders jista’ jirbaħ l-akbar numru ta’ siġġijiet fl-elezzjonijiet ġenerali tal-Olanda li se jsiru x-xahar id-dieħel.
Theddida għas-sigurtà ta’ Geert Wilders
