Għawdex Lokali

Vjaġġ żejjed tal-Gozo Channel minħabba l-kjuwijiet tal-karnival

Gozo Channel - Ta' Pinu
Il-Kumpanija żiedet tgħid li jekk ikun hemm domanda kbira ta’ nies is-servizz tal-Gozo Channel jista’ jaqleb ‘shuttle’, jiġifieri jibqa’ jagħmel rotot minn u lejn Malta f’aktar ħinijiet.

Bejn għada s-Sibt u l-Ħadd se jsir vjaġġ żejjed tal-Gozo Channel minħabba d-domanda kbira ta’ nies li jagħżlu li jqattgħu tmiem il-ġimgħa f’Għawdex għall-karnival.

Il-kumpanija tal-Gozo Channel ħabbret li bejn il-25 u is-26 ta’ Frar  se iżżid vjaġġ fis-02.30am, mill-Mġarr, Għawdex u fit-3.00am miċ-Ċirkewwa Malta.

Il-Kumpanija żiedet tgħid li jekk ikun hemm domanda kbira ta’ nies is-servizz tal-Gozo Channel jista’ jaqleb ‘shuttle’, jiġifieri jibqa’ jagħmel rotot minn u lejn Malta f’aktar ħinijiet.