Wara li filgħodu ħarġet l-aħbar li l-aġent ta’ Rooney Paul Stretford telaq lejn iċ-Ċina għal diskussjonijiet ma’ klabbs Ċiniżi dwar il-futur tal-Ingliż, l-internazzjonali Ingliż Wayne Rooney ħareġ stqarrija biex jgħid li se jibqa’ mal-klabb Ingliż.
“Minkejja l-interess minn klabbs oħra li jien grat għalihom, irrid intemm l-aħħar spekulazzjoni u ngħid li se nibqa’ ma’ Man United. Nittama li nilgħab parti importanti biex ngħin lit-tim jissielet għas-suċċess. Hu żmien eċċitanti għal klabb u rrid nibqa’ parti minnu,” qalet l-istqarrija ta’ Rooney.
L-attakkant jinsab dubjuż għal finali tal-EFL Cup kontra Southampton f’Wembley, wara li fl-aħħar ġimgħat kien imweġġa’.
//= $special ?>