Ferrari żvelaw il-karozza li biha jittamaw li jtemmu d-dominanza riċenti tal-Mercedes fil-Formula 1. Il-karozza bl-isem ta’ SF70H se tagħmel id-debutt fiċ-ċirkwit ta’ Fiorano li fiha jagħmlu t-testijiet. Waħda mill-aspetti importanti ta’ din il-karozza, hu l-mini-wing.
Għal sena oħra, iż-żewġ sewwieqa se jkunu Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen. L-aħħar darba li Ferrari rebħu t-titlu tal-kostrutturi kien fl-2008 u wara li fl-2015 kellhom staġun sodisfaċenti meta kienu l-eqreb rivali tal-Mercedes, is-sena l-oħra sabuha diffiċli fejn lanqas rebħu tiġrija b’diversi problemi tekniċi. Għaldaqstant, din is-sena t-tim Taljan ma jistax jerġa’ jiddiżappunta.
//= $special ?>