Lokali

Għada: Open Day fl-Arka ta’ Noe b’risq ALS Malta

Ir-razzett privat bl-isem ta’ L-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi għada jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku, bid-dħul kollu jmur b’risq il-fondazzjoni ALS Malta.

Bejn il-11:00 u l-17:00, dawk li jattendu se jkunu mitluba jgħaddu donazzjoni ta’ €5 għall-kbar u €2.50 għat-tfal, li kollha jmorru b’risq il-fondazzjoni li qed tgħin biex jitqajjem għarfien dwar il-kundizzjoni ALS u r-riċerka għal kura.

F’dan ir-razzett wieħed isib annimali differenti inkluż speċi ta’ tigri kif ukoll leopardi suwed fost l-oħrajn.