Maskri kkuluriti, karrijiet enormi, kostumi u briju – għal sen’oħra l-Karnival, festa li ilha tiġi ċċelebrata għal mijiet ta’ snin f’pajjiżna, tirritorna wara tant stennija minn ħafna.
Wara l-ftuħ uffiċjali tal-Ħamis fi Pjazza Teatru Rjal, u l-kompetizzjonijiet taż-żfin tal-Ġimgħa, is-Sibt filgħodu kien imiss il-Karnival tat-Tfal fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
Iktar tard wara nofsinhar sar il-Gran Defile bil-karrijiet akkumpanjati mill-kumpaniji differenti taż-żfin, ilkoll lebsin kostumi kkuluriti u maħduma b’reqqa u talent impressjonanti. Iktar tard filgħaxija ssir il-qarċilla u tagħlaq bi spettaklu tal-Karnival.
//= $special ?>