Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li ġarrab ġrieħi gravi fuq ix-xogħol.
Il-każ seħħ fi Triq ir-Ramla, fin-Naxxar, ġewwa garaxx li jagħmel parti minn impjant tal-iskart.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma ta’ 58 sena aċċidentalment laqat leaver waqt li kien qiegħed jagħmel użu minn fork lifter, bil-konsegwenza li spiċċa marsus ma’ xi makkinarju.
Fuq il-post issejħet minnufih ambulanza sabiex ħadet ir-raġel l-isptar għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>