Ritratt mill-arkivji
Lokali

Aġġornat: Koppja bi ġrieħi gravi wara li intlaqtet minn karozza qrib l-Isptar Mater Dei

Żewġ anzjani minn Ħal Tarxien, kellhom jiddaħlu b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li spiċċaw mtajra minn vettura qrib l-istess sptar.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9.40am meta għal xi raġuni mhux magħrufa l-mara 67 u r-raġel 69 sena ntlaqtu minn vettura li kienet qed tinstaq, minn sewwieq ta’ 35 sena mill-Imtarfa,  fid-direzzjoni tal-isptar.

Fuq il-post ssejħet minnufih għall-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi sabiex ħadu lill-koppja l-isptar għal aktar kura. Iż-żewġ vittmi ġew ċertifikati li sofrew ġrieħi gravi.