Lokali Qorti

Sqalli jeħel 6 snin u nofs ħabs hekk kif kien lest biex jittraffika 1.2 kg kannabis

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta

Sqalli residenti San Ġiljan ġie kkundannat għal 6 snin u nofs priġunerija kif ukoll kien immultat €18,000 hekk kif ammetta li traffika il-kannabis.

Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2013 meta Damiano Calisti kien ammetta li kellu fil-pussess tiegħu pprova jmexxi mal-1.2kg reżina tal-kannabis.

Għaldaqstant, wara li kkunsidrat kollox, l-Imħallef Edwina Grima naqqset il-piena bżewġ gradi hekk kif l-akkużat ta’ 29 sena kkollabora mal-pulizija u ammetta l-intenzjonijiet tiegħu fi stadju bikri tal-investigazzjonijiet.

Dan kollu filwaqt li l-Qorti ordnat lill-Isqalli sabiex iħallas ftit aktar minn €1,600 fi spejjeż tal-Qorti filwaqt li ordnat ukoll biex kull flejjes u proprjetà li għandu jiġu konfiskati.