Lokali

FILMAT: Aktar minn 20 persuna arrestati waqt li kienu qed iġelldu s-sriedaq f’Ħal-Qormi

Dalgħodu aktar minn 20 persuna  kienu arrestati b’rabta ma’ allegat ġlied tas-sriedaq, logħob tal-azzard fiż-żona tal-Ħandaq.

Jirriżuta li ftit wara t-8:00 il-pulizija rċevew informazzjoni li fl-akwati tal-Ħandaq f’Ħal-Qormi kienet għaddejja ġlieda bis-sriedaq.

Hekk kif fuq il-post marru l-Pulizija tal-RIU u ALE, numru ta’ persuni ħarbu minn fuq il-post. F’dan il-mument l-Pulizija ġrew biex jaqbduhom waqt li l-persuni l-oħra kienu iċċirkondati u arrestati waqt li kienu qed iġelldu s-sriedaq.