Kurżitajiet Lokali

FILMAT: Davide Tucci għandu bżonn l-għajnuna tal-pubbliku!

Davide Tucci

Il-personalità Davide Tucci dalwaqt se jkun qed jgħaqqad l-40,000 ‘like’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Għal din l-okkażjoni, Davide jrid jagħmel xi ħaġa speċjali u allura qed jitlob lill-pubbliku biex jgħinnu billi jtih xi ideat dwar x’jista jagħmel meta jgħaqqad l-40,000 ‘like’.

Hu għamel dan l-appell f’live video li xandar fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook ilbieraħ.

Għandek xi suġġeriment għal Davide? Ikteb hawn taħt fil-kummenti!