‘Kieku l-Ministru tal-Ġustizzja student tiegħi, jeħel mill-eżami’. Kliem il-lecturer Antonio Ghio, espert fil-qasam tal-ICT u l-liġi tal-media, f’intervista ma’ The Malta Independent on Sunday li matulha kkritika l-liġi li jrid idaħħal il-gvern dwar ir-reġistrazzjoni tal-websites.
Għall-iskuża ta’ Owen Bonnici li dak li qed jipproponi l-Gvern huwa estensjoni tar-reġistrazzjoni tal-gazzetti, Antonio Ghio qal li l-liġi preżenti hija liġi antika aktar minn 40 sena, mibnija fuq liġi eqdem minn hekk.
Ghio qal, ma’ The Malta Independent, li pajjiżi normali qed imorru fid-direzzjoni opposta bil-liġijiet tagħhom u l-unika pajjiżi li għandhom liġijiet simili għal kif irid il-Gvern huma r-Russja, ċ-Ċina u l-Bangladesh.
Fl-intervista, Antonio Ghio daħal f’numru ta’ aspetti tekniċi tal-liġi proposta, u qal għaliex il-liġi kif proposta ma tagħmilx sens. Żied li għalkemm it-teknoloġija dejem timxi ħames passi ‘il quddiem, il-liġi proposta mill-Gvern tmur ħamsin pass lura.
‘Kieku l-Ministru Bonnici kien student tiegħi, kont intih ‘F” temm jgħid Ghio fl-intervista, intervista li fiha ddeskriva l-liġi proposta mill-Gvern bħala ‘taħwida sħiħa’.
//= $special ?>