Formula 1 Sport

Red Bull jittamaw li jisfidaw ukoll

Red Bull spiċċaw it-tieni l-istaġun li għadda

Red Bull żvelaw ukoll il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif qed iħarsu li jtemmu d-domanza ta’ tliet snin tal-Mercedes. Proprju llum, it-tim se jkun qiegħed jagħmel użu mill-karozza l-ġdida, fit-testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona.

Il-karozza bl-isem ta’ RB13 għandha diversi modifiki. Wara li l-istaġun li għadda kellhom staġun pożittiv, huma jistgħu jmorru tajjeb bir-regolamenti tekniċi l-ġodda, bl-espert Adrian Newey josserba d-disinn il-ġdid tax-chassis.

Dan l-istaġun mistenni jkun l-ewwel staġun sħiħ tas-sewwieqa Daniel Ricciardo u Max Verstappen, hekk kif hemm stennija għal dak li ħafna qed jgħidu li hu l-aktar tim b’talent. Red Bull kienu l-eqreb rivali ta’ Mercedes is-sena l-oħra, u kienu l-unika tim minbarra s-Silver Arrows li kisbu rebħa, b’Verstappen jirbaħ f’Barcelona u Ricciardo jirbaħ fil-Malasja.