Lokali

Tifel ta’ erba’ snin jittajjar fil-Mellieħa

Ritratt mill-arkivji

Tifel ta’ erba’ snin sofra xi ġrieħi, mhux serji, wara li għall-ħabta tas-1:45 ta’ waranofsinhar intlaqat minn vann fit-triq magħrufa bħala Tas-Salib fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ meta t-tifel ra xi qraba tiegħu u telaq jiġri għal nofs it-triq biex jiltaqa’ magħhom.

F’dak il-ħin kien għaddej vann tat-tip Renault li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena, b’konsegwenza li t-tifel ntlaqat minnu.

It-tifel ittieħed immedjatament l-isptar Mate Dei u fortunatament ma sofriex ġrieħi serji.