Il-President Amerikan Donald Trump ħabbar li ma’ kienx se jattendi għal dak magħruf bħala l-White House Correspondents’ Association Dinner fid-29 ta’ April. Hekk kif hemm tensjoni kbira mal-ġurnalisti f’Washington.
Din hi serata li bdiet fl-1921 u fiha l-korrispondenti akkreditati għall-White House u l-President Amerikan jiltaqgħu f’serata informali.
Trump ħabbar dan ftit wara inqalgħet polemika wara li diversi ġurnalisti ta’ djar tal-aħbarijiet magħrufa, fosthom is-CNN u l-BBC, ma kienux mistiedna għall-konferenza tal-aħbarijiet li ssir fi tmiem il-ġimgħa fil-White House minn Sean Spicer, il-kelliem ta’ Trump .
Rarament President Amerikan ma attendix u ssoltu dan ikun minħabba xi ħaġa serja. L-aħħar President li ma kienx attenda kien fl-1981 meta Ronald Reagan kien għadu qed jirkupra mill-attentat li kien sar fuq ħajtu.
Tikber l-ostilita bejn Trump u l-ġurnalisti
