It-tim nazzjonali Malti tan-nisa taħt it-tmexxija ta’ Edvaldo Carvalho da Silva, jinsab f’San Marino biex jieħu sehem f’kamp ta’ taħriġ, fl-istess post fejn se jintlagħbu l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar aktar tard din is-sena.
It-tim ilu jitħarreġ taħt da Silva, filwaqt li t-timijiet tal-Beachvolley, bdew ukoll il-preparamenti tagħhom. Waqt il-kamp ta’ taħriġ, in-nisa Maltin se jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra San Marino u t-tim ta’ Gabicce. Il-ġimgħa l-oħra, it-tim nazzjonali lagħab logħba ta’ preparazzjoni kontra t-tim Awstrijak ta’ Bruckl Hotvolleys fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. It-tim Malti rebaħ 3-1.
Il-President tal-Malta Volleyball Association Jesmond Saliba qal li l-fatt li t-tim nazzjonali tal-Volleyball flimkien ma’ dak tal-Beachvolley irritorna jilgħab wara ħames snin, hu pass importanti lejn il-futur tal-volleyball f’Malta, u sostna li għandu jservi ta’ motivazzjoni għal dawk kollha li jipprattikaw l-isport, partikolarment iż-żgħażagħ,
Saliba rrefera wkoll għall-inizjattiva li jiffoka fuq il-futur qarib u l-futur fit-tul, jew kif inhu magħruf bħala l-Youth Talent Development Programme. Hu spjefa li l-għan ta’ dan il-programm hu li jidentifika l-aqwa talent żagħżugħ tal-volleyball u b’kollaborazzjoni mal-klabbs rispettivi li qed jgħinu f’dan l-iżvilupp. Dawn il-plejers żgħażagħ qed jiffurmaw il-bażi ta’ plejers li minnhom it-tim nazzjonali jkollu l-għażla.
//= $special ?>