Lokali

Toni Bezzina jħabbar li se jiftaħ libell

Id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina fi stqarrija qal li se jkun qed jiftaħ proċeduri ta’ libell.

Toni Bezzina qal li l-Prim Ministru gideb meta waqt attivita’ politika dalgħodu qal li hu involut f’każ ta’ frodi. Toni Bezzina qal li bħal ma gideb fuq is-suppost €92 ta’ siehbu Konrad Mizzi fil-Panama, u bħalma bagħat lil sieħbu Brian Tonna biex jigdeb dwar Egrant, issa Muscat spiċċa jigdeb fuqu wkoll.

Dan hu l-livell baxx li Joseph Muscat waqqa’ l-politika Maltija fih – minflok ma jgħidilna ta’ min hi Egrant. Toni Bezzina temm jipprovdi tweġiba dettaljata biex juri kemm dak li qal Muscat dwaru hija gidba ohra, fabbrikazzjoni u manipulazzjoni mill-bidu sal-aħħar.

“Il-parti tal-kamra li saret referenza għaliha tidher b’mod ċar fir-ritratti mill-ajru li tuża l-Awtorità tal-Ippjanar – dawn ir-ritratti ħadd ma jista’ jħassarhom, u r-ritratti li wriet il-media tal-Partit Laburista hu manipulat b’tali mod li l-parti tal-kamra li saret referenza għaliha ma tidhirx” qal Toni Bezzina fl-istqarrija tiegħu.

“Lill-Prim Ministru ngħidlu: inti giddieb u m’iniex se nħallik tigdeb fuqi” temm jgħid id-Deputat Toni Bezzina.