Il-Ħadd filgħaxija kienet is-27 ġurnata konsekuttiva fejn in-nies niżlu fil-pjazez ewlenin tar-Rumanija biex jipprotestaw kontra l-indifferenza tal-Gvern Soċjalista tal-pajjiż għall-korruzzjoni.
Din id-darba l-protesta kienet karaterizzata mill-ħolqien tal-folla preżenti ta’ bandiera kbira tal-Unjoni Ewropea. Dan hekk kif id-dimostrazzjoni ntemmet quddiem il-bini tal-Parlament f’Bucharest. Dan b’turija ta’ appoġġ għall-valuri tal-Unjoni Ewropea.
Il-protesti bdew ix-xahar li għadda wara li l-Prim Ministru Sorin Grindeanu għadda digriet fil-ħemda tal-lejl li effettivament naqqas il-pieni għall-korruzzjoni kif ukoll dak li jista’ jitqies bħala korruzzjoni, minħabba li ta maħfra li minnha kienu se jgawdu l-aktar dawk li nstabu ħatja ta’ korruzzjoni. Minn dakinhar, Grindeanu rtira d-digriet imma minflok ressaq il-proposti f’abbozz fil-Parlament.
//= $special ?>