David Abela ta’ 51 sena nqatel u instab ġewwa d-dar privata tiegħu fi Triq il-Ġiżi fis-Swieqi.
Ir-raġel instab bla ħajja f’għadira kbira ta’ demm mill-mara tiegħu stess għall-ħabta tal-5pm. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fil-post. Mill-informazzjoni li għandna r-raġel instab marbut b’tape kemm ma saqajh, idejh u anke ħalqu.
David Abela huwa s-sid tal-kumpanija ’21st Century Travel’ u ’21st Century Limousines’.
Ma’ Netnews.com.mt, il-Pulizija qalet li dan il-każ huwa wieħed ta’ omiċidju. Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Il-katavru dam fir-residenza għal tul twil ta’ ħin fejn għadha għaddeja l-investigazzjoni.
Fis-sigħat li ġejjin mistennija li ssir l-awtopsja fuq il-kadavru.
//= $special ?>