Bastiment tal-gwerra Russu, l-Admiral Grigorovich, telaq mill-port ta’ Sevastopol fil-Krimea dirett lejn il-Mediterran. Hawn se jingħaqad mal-forza Russa impenjata fis-Sirja.
Kelliem għall-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-militar Russu ikkonferma li dan il-bastiment kien se jingħaqad mal-forza navali permanenti Russa fil-Mediterran.
Dan il-bastiment tal-gwerra, li hu armat b’missili cruise, kien diġà daħal fil-Mediterran f’Novembru bħala parti mill-forza impenjata kontra l-ISIS fis-Sirja u kienu sparati diversi missili lejn qagħdiet tal-militanti Iżlamiċi fis-Sirja.
//= $special ?>