Għal partita oħra, Fiorentina naqsu li jirbħu wara li kienu fil-vantaġġ, meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra Torino, biex baqgħu fit-tmien post u l-bogħod minn post fl-Ewropa. Il-Viola marru fil-vantaġġ wara tmien minuti b’gowl ta’ Riccardo Saponara li skurja minn rebawnd wara li Hart kien salva parzjalment ix-xutt ta’ Borja Valero.
Fiorentina rduppjaw fit-38 minuta b’daqqa ta’ ras tal-attakkant prolifiku tagħhom Nikola Kalinic. Torino setgħu skurjaw fit-62 minuta iżda fallew penalty permezz ta’ Andrea Belotti. Iżda l-istess plejer naqqas id-distakk tliet minuti wara b’daqqa ta’ ras, biex reġa’ kien Belotti li salva r-riżultat bit-tieni gowl fil-85 minuta.
//= $special ?>