Internazzjonali

Fjask fl-Oscars jinbidel fi żball li daħal fl-istorja

'Moonlight' rebbieħ tal-aqwa film tas-sena
Bħal Miss Universe 2016, anke din id-darba jissejjaħ l-isem il-ħażin

‘Moonlight’ rebaħ l-unur tal-aqwa film tas-sena waqt is-serata tal-Oscars li saret matul il-lejl li għadda fl-Istati Uniti.

Iżda s-serata se tidħol fl-istorja għall-fatt illi fil-bidu issejjaħ l-isem ta’ ‘La La Land’ bħala rebbieħ. Wara li innutaw illi l-preżentatur Warren Beatty qara l-isem żbaljat, iddomina ftit ta’ kaos mhux ħażin. Għalkemm xi minuti wara, ikkonfermaw li fil-fatt ‘Moonlight’ kellu jkun il-film rebbieħ.

L-attriċi Emma Stone qalet illi din il-ġennata tal-Oscars se titniżżel fl-istorja.

Lista ta’ uħud mir-rebbieħa:

L-AQWA FILM: Moonlight
L-AQWA ATTRIĊI: Emma Stone – La La Land
L-AQWA ATTUR: Casey Affleck – Manchester by the Sea
L-AQWA ATTRIĊI FI RWOL SEKONDARJU: Viola Davis – Fences
L-AQWA ATTUR FI RWOL SEKONDARJU: Mahershala Ali – Moonlight
L-AQWA DIRETTUR: La La Land – Damien Chazelle
L-AKTAR SCREENPLAY ORIĠINALI: Manchester by the Sea – Kenneth Lonergan
L-AĦJAR MUŻIKA: La La Land – Justin Hurwitz