Lokali

FTIT TAL-ĦIN ILU: Studenti jkomplu jaqsmu b’mod perikoluż

Student jaqbeż il-crash barriers fit-triq ta' biswit l-Universita'
Aktar provi ta' studenti li qed jirriskjaw ħajjithom qrib l-Universita' ta' Malta

Dawn ir-ritratti li waslulna ftit tal-ħin ilu juru li għadu għaddej l-abbuż qrib l-Universita’ minn studenti li jaqsmu bl-addoċċ.

Dan l-aktar każ riċenti seħħ illum għall-ħabta tas-2pm.

Ir-ritratti mibgħuta lilna juru biċ-ċar illi lanqas il-fence li tpoġġiet apposta mhi twaqqaf l-istudenti milli jaqsmu din l-arterja ewlenija ta’ pajjiżna, li minnha kuljum jgħaddu eluf ta’ karozzi. Din it-triq twassal lejn l-Imsida, lejn il-mini ta’ Santa Venera, kif ukoll lejn l-Isptar fid-direzzjoni opposta.