Lokali

Il-Ministru taċ-Ċensura ma jafx il-liġi – il-Partit Nazzjonalista

Flok ikompli jiddefendi liġi ta' ċensura, Owen Bonnici għandu jirtira l-liġi li ressaq minnufih quddiem kritika qawwija mhux biss mill-Partit Nazzjonalista, iżda mid-Dekan tal-Fakulta' tal-Liġi Kevin Aquilina, mid-Dekan tal-Fakulta' tal-Media u l-Għarfien tax-Xjenza Ġorġ Mallia, mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Liġi tal-IT u ħafna għaqdiet u individwi oħra.

Il-Ministru Owen Bonnici, li jrid jiċċensura lill-poplu Malti u Għawdxi milli jitkellem dwar dak li qed jiġri f’pajjiżna, anqas il-liġi ta’ pajjiżna ma jaf.

Fi stqarrija iffirmata mix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi, il-Partit Nazzjonalista sostna li wara l-emendi fl-2006 fil-Liġi tal-Istampa, l-Artiklu dwar il-libell kriminali jaqra: “Ħlief kif provdut xort’oħra f’dan l-Att, kull min, b’xi mezz imsemmi fl-artiklu 3, jagħti malafama lil xi persuna jista’ jinsab ħati, jeħel multa.”

Dan ifisser, ikompli Jason Azzopardi, li fl-istqarrija li ħareġ dalgħodu, Owen Bonnici wera li jew qed jagħżel li jigdeb jew inkella ma jafx x’tgħid il-liġi.

Flok ikompli jiddefendi liġi ta’ ċensura, Owen Bonnici għandu jirtira l-liġi li ressaq minnufih quddiem kritika qawwija mhux biss mill-Partit Nazzjonalista, iżda mid-Dekan tal-Fakulta’ tal-Liġi Kevin Aquilina, mid-Dekan tal-Fakulta’ tal-Media u l-Għarfien tax-Xjenza Ġorġ Mallia, mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Liġi tal-IT u ħafna għaqdiet u individwi oħra.

L-Istqarrija ttemm li Owen Bonnici diġa falla l-eżamit tal-esperti. Issa qed ifalli wkoll l-eżami tal-poplu Malti u Għawdxi.