Militanti Iżlamiċi fil-Filippini poġġew filmat fuq l-Internet li juri l-qtugħ tar-ras ta’ ostaġġ Ġermaniż.
Jurgen Kantner kien inħataf f’Novembru minn fuq il-jott tiegħu barra l-kosta ta’ Sabah fil-Malasja.
Il-katavru tal-għarusa tiegħu, Sabine Merz, kien instab fuq il-jott. Hu nqatel wara li l-Ħadd skada ż-żmien biex jitħallas ir-rahan ta’ madwar €500,000.
Kantner, li kellu 70 sena, kien spiċċa ostaġġ fil-passat flimkien ma’ Merz. Fl-2008, huma kienu nżammu ostaġġi għal 52 ġurnata minn pirati fis-Somalja. Huma mbagħad kienu nħelsu wara li tħallas rahan.
//= $special ?>